Dettalji ta' kuntatt

Asset Recovery Bureau
Directories Building, 1 Pitkali Street, Marsa
Telefon
Imejl
Websajt
Chairperson tal-ARB vs Bank Account Oleg Limited

B’digriet mogħti mill-Qorti Ċivili, Prim’Awla, fl-1 ta’ April 2024, fl-atti tar-Rikors Ġuramentat numru1/2024HM, li ġie ppreżentat fis-26 ta’ Marzu, 2024, fl-ismijiet: Iċ-Chairperson Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi et vs Kont Bankarju mal-Bank of Valletta f’isem Oleg Limited et, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni, a tenur tal-Art. 48(1)(b) tal-Kap. 621 biex isservi ta’ notifika. Ir-rikorrenti talbu lil din l-Onorabbli Qorti sabiex fost oħrajn: Tordna li l-kontijiet bankarji msemmija mal-Bank of Valletta u l-flejjes kontenuti fih jiġu trasferiti lill-Gvern ta’ Malta. Bl-ispejjeż.

72, Triq Is-Suq, Il-Floriana, Malta