Dettalji ta' kuntatt

Asset Recovery Bureau
Directories Building, 1 Pitkali Street, Marsa
Telefon
Imejl
Websajt
President tal-ARB et vs Kont bl-ID tal-utent 499877386 ma’ Exchange Virtual Binance

AVVIŻ TAL-QORTI

 

B’digriet mogħti mill-Qorti Ċivili, Prim’Awla (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi), fit-18 ta’ Awwissu, 2025, fl-atti tar- Rikors Ġuramentat numru 7/2025HM, fl-ismijiet: Ic- Chairperson tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi et vs Kont bil-User ID 499877386 fl-Exchange Virtwali Binance, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni, a tenur tal-Artikolu 187 et sequitur tal-Kapitlu 12, biex isservi bħala notifika fil-konfront tal-intimat.

Permezz ta’ rikors fl-ismijiet Ic-Chairperson tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi et vs Kont bil-User ID 499877386 fl- Exchange Virtwali Binance ppreżentat fil-Qorti Ċivili, Prim’ Awla (Sezzjoni tal-Irkupru tal-Assi) fis-6 ta’ Awwissu, 2025, ir-rikorrent talab lil din l-Onorabbli Qorti sabiex:

  1. Tiddikjara li l-kont bil-User ID 499877386 fl-Exchange Virtwali Binance u kull munita li tinsab fl-istess kont huma proprjetà soġġetti għall-konfiska;
  2. Tordna li l-kont bil-User ID 499877386 fl-Exchange Virtwali Binance u kull munita li tinsab fl-istess kont jiġu trasferiti lill-Gvern ta’ Malta;

Bl-ispejjeż kollha kontra l-intimati li minn issa huma inġunti għas-subizzjoni.

Ir-Rikors Ġuramentat numru 7/2025HM fl-ismijiet imsemmija hawn fuq huwa diferit għad-29 ta’ Settembru, 2025, fl-9.40 a.m.

Notifika Intimat:

Binance Europe Services Limited, 14, East, Level 5B, Triq Tas-Sliema, il-Gżira

Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum, 2 ta’ Settembru, 2025

GABRIEL MANGION

Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali

72, Triq Is-Suq, Il-Floriana, Malta

72, Triq Is-Suq, Il-Floriana, Malta